L-applikanti għall-ażil u l-immigranti maqbuda fil-fruntiera esterna għandhom id-dmir li jagħtu l-marki tas-swaba tagħhom. Meta jittieħdu l-marki tas-swaba tagħhom, il-persuni għandhom id-dritt li jifhmu min qed jipproċessa d-data personali tagħhom u għaliex. Huma għandhom id-dritt li jkunu jafu liema data hija maħżuna u għal kemm żmien. Huma għandhom dritt sabiex jaċċessaw id-data personali tagħhom, kif ukoll jikkoreġu u jħassru d-data tagħhom. Illi f'każ ta żbalji, huma għandhom ikunu jafu lil min jikkuntattjaw għal dan il-għan.
Fil-prattika, l-uffiċjali jsibu diffikultà li jagħtu informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-ipproċessar tad-data fil-mument meta jieħdu l-marki tas-swaba'. In-nies spiss ma jkunux jafu għaliex jagħtu l-marki tas-swaba' tagħhom u x'jiġri minn dawn.