Harsa ġenerali lejn
Permezz ta’ sett ta’ “10 azzjonijiet”, il-gwida tipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif għandhom jiġu identifikati, riferuti u appoġġjati t-tfal, billi telabora dwar kif għandhom jiġu implimentati prinċipji bħad-dritt tal-minorenni li jinstema’ u kif għandhom jiġu żgurati l-aħjar interessi tiegħu meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar soluzzjoni fit-tul. Il-gwida tipprovdi informazzjoni prattika biex tissaħħaħ ilkooperazzjoni nazzjonali u transnazzjonali fl-UE u dwar l-appoġġ li l-aġenziji rilevanti tal-UE jistgħu jipprovdu, inkluż fil-ġlieda kontra l-impunità li trawwem it-traffikar tat-tfal. Professjonisti, bħallawtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, il-ħaddiema soċjali, il-professjonisti tas-saħħa, l-uffiċjali tal-protezzjoni tat-tfal, it-tuturi, l-imħallfin, l-avukati, jew l-Awtoritajiet Ċentrali stabbiliti skont ir-Regolament Brussell IIa, iżda wkoll awtoritajiet li jiddefinixxu proċeduri u protokolli, jistgħu jibbenefikaw minn din il-gwida. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-UE u l-promozzjoni ta’ approċċ taddrittijiet fundamentali tal-atturi kollha involuti se jsaħħu l-protezzjoni tat-tfal kollha mċaħħda millkustodja, inklużi t-tfal vittmi tat-traffikar, u jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ prevenzjoni.