Il-qafas għall-ibliet tad-drittijiet tal-bniedem iħares lejn il-pedamenti, l-istrutturi u l-għodod li jistgħu jgħinu lill-ibliet jintegraw id-drittijiet tal-bniedem b’mod olistiku u sostenibbli fix-xogħol tagħhom.Dan jiġbor l-elementi meħtieġa li jistgħu jiġu applikati b’mod flessibbli, adattati għall-kuntest lokali u għar-riżorsi tal-belt. L-għodod jappoġġaw l-istrutturi, li min-naħa tagħhom jintegraw il-pedamenti – id-drittijiet u l-prinċipji – fil-ħidma tal-belt.
Il-qafas fil-qosor
Fondazzjonijiet - Impenji tal-ibliet għad-drittijiet tal-bniedem
- Impenn għar-rispett, il-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet u l-libertajiet fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fid-dritt tal-UE
- Impenn għall-protezzjoni, ir-rispett u l-issodisfar tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem
- Impenn għall-SDGs tan-NU u għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
- Impenn għall-kontribut għall-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ internazzjonali
Strutturi - Mekkaniżmi u proċeduri li jgħinu fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-xogħol ta’ kuljum
- Adozzjoni ta’ dikjarazzjoni biex jiġi affermat l-impenn tal-belt għad-drittijiet tal-bniedem
- Nominazzjoni ta’ rappreżentant elett dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Twaqqif ta’ uffiċċju jew dipartiment għad-drittijiet tal-bniedem
- Twaqqif ta’ kunsill parteċipattiv konsultattiv dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Twaqqif ta’ uffiċċju kontra d-diskriminazzjoni jew ombudsman lokali
- Rapportar kull sena dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-belt
- Kooperazzjoni u żvilupp ta’ sħubijiet ma’ korpi nazzjonali, tal-UE u dawk internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem
Għodod - Metodi u riżorsi biex jappoġġaw il-ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħidma u fl-attivitajiet tal-belt
- Applikazzjoni ta’ approcc ibbazat fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tal-belt
- Zvilupp tal-għarfien permezz ta’ taħrig u edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Jitqiesu d-drittijiet tal-bniedem fil-processi tal-ibbagitjar u tal-akkwist
- Stabbiliment u implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni lokali dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Verifika tal-kompatibbiltà tad-decizjonijiet lokali mad-drittijiet tal-bniedem
- Sensibilizzazzjoni tan-nies dwar id-drittijiet tal-bniedem
- Monitoragg u evalwazzjoni tal-ħidma tal-belt b’mod partecipattiv
- Kooperazzjoni fuq livell transnazzjonali u kontribut għall-iskambju bejn il-pari u għat-tagħlim reciproku bejn l-ibliet dwar id-drittijiet tal-bniedem